Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes

A.D. 1986

Id-delizzju taghna 'l barra minn xtutna

Wirja Dwar Il-Festa Tradizzjonali Maltija

Nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju, l-ghaqdiet tal-festi Maltin f’Melbourne inghaqdu flimkien biex ghamlu wirja dwar il-festa Maltija fic-Centru Kulturali Malti ta’ Albion.

Din hi it-tieni darba li saret wirja ta’ din ix-xorta b’inizjattiva tal- Kunsill Malti tal-Victoria u hadu sehem 13-il ghaqda.  Il-wirja infethet mill Konslu Generali ta’ Malta ghal Victoria, Sur Charles Mifsud. 

L-esibituri kellhom bosta oggetti ghal wirji.  Fosthom statwi zghar, repliki ta’ titular tal-Parrocca taghhom, ritratti ta’ attivitajiet waqt il-festa f’Malta u dik li hi organizzata f’Melbourne, programmi tal-festa u hafna affarijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu mal-festa Maltija u tradizzjonijiet taghha.

Bhala attendenza kienet wahda numeruza il fuq 300 persuna attendew fil-kors tal-gurnata.  L-aktar inkoragganti kien in-numru kbir ta’zaghzagh Maltin u koppji zghar li attendew u wrew interess fil-festi, l-aktar dawk tal-Parrocca tal-genituri u n-nanniet taghhom.

Bhala gheluq kellna farsa dwar il-festa li fiha hadu sehem erbgha mill partecipanti.  Din intlaqghet tajjeb hafna minn dawk li kienu prezenti.

Nixtieq nirringrazzja lill-kumitat ta’ Centru Kulturali ta’ Albion li taw permezz biex issir din il-wirja fic-Centru taghhom,  Lill-Konslu Generali , Sur Charles Mifsud, li ghogbu  jaghti is-sapport tieghu ghal din l-attivita’, is-Sur Joe Farrugia ta’ ‘Tarxien Social Club’ li hadem hafna biex din il-wirja setghet issir, is-Sur Manwel Brincat ta’ 3ZZZ li intervista lill dawk prezenti biex tinstghema fuq il-programm tieghu, Is-Sur Joe Montebello li gie iffilmja il-wirja ghal programm ‘Waltzing Matilda’. Mill gdid nirringrazzja lill-partecipanti li hadu sehem li minghajr il-prezenza taghhom din il-wirja ma kienetx tkun ta’ success.

 

Kitba ta’ Paul Lia